IL-VJAĠĠ IKOMPLI FIL-ĦARIFA!
F’Settembru li ġej, it-trakk tal-kampanja Stop-Discrimination ta’ l-UE ser jibda t-tieni fażi tal-vjaġġ tiegħu madwar l-Ewropa fl-2007 u jżur 10 ibliet oħra fir-Rumanija, l-Ingilterra, l-Irlanda, Spanja, il-Belġju, l-Italja u l-Portugall. Il-vjaġġ ser ixerred il-messaġġi tal-kampanja “Ngħożżu d-diversità. Diskriminazzjoni qatt.” u s-Sena Ewropea ta’ l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd u ser jiċċelebra l-final grandjuż tiegħu fil-konferenza ta’ egħluq is-Sena Ewropea f’Novembru ġewwa Lisbona.
Aktar dettalji ser ikunu jinstabu dalwaqt fuq dan is-sit elettroniku!
Il-Vjaġġ tat-Trakk Ewropew għall- 2007jibda
F’April it-trakk l-isfar tal-kampanja ‘stop-discrimination’ ta’ l-UE ser jibda r-raba’ vjaġġ madwar l-Ewropa. Il-Vjaġġ tat-Trakk 2007 ser jirrappreżenta u jxerred informazzjoni fuq il-kampanja “Ngħożżu d-Diversità. Diskriminazzjoni Qatt.” u wkoll fuq is-Sena Ewropea ta’ Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd. Il-vjaġġ ser jitnieda fil-25 ta’ April, fi Strasburgu, id-dar tal-Parlament Ewropew li stabbilixxa t-tema tas-Sena Ewropea. Matul il-vjaġġ ta’ seba’ xhur, it-trakk ser iżur 21 pajjiż u ser jagħmel aktar minn 18,000 kilometru.
It-trakk enormi ta’ 30 tunnellata hu mfassal biex jinforma liċ-ċittadini fuq id-drittijiet tagħhom koperti mil-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni ta’ l-UE u dik nazzjonali. It-trakk ser jgħin lill-UE fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-messaġġi tas-Sena Ewropea ta’ Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd.
Il-palk ta’ 50 metru kwadru mibni fit-trakk stess ser jilqa’ programm ta’ informazzjoni u divertiment li kien żviluppat apposta bl-għajnuna ta’ l-imsieħba fil-kampanja li jinkludu ministeri, unjons u assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem ta’ kull pajjiż. Il-viżitaturi ser jirċievu informazzjoni u konsultazzjoni fuq kif jipproteġu lilhom infushom kontra d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol bl-għajnuna tad-direttivi ta’ l-UE.
It-trakk hu mgħammar b’lift apposta għas-siġġijiet bir-roti li jiggarantixxi l-aċċess għal min juża kull tip ta’ siġġu bir-roti billi jagħfas buttuna. Dan jaħdem b’mutur elettroniku integrat li jista’ jgħolli sa 200kg għal fuq il-palk li hu għoli 1.4m. Biex iżżur mudell virtwali tat-trakk, ikklikkja hawn.
Sib id-destinazzjoni tat-trakk u l-programm f’kull pajjiż billi tikklikkja fuq il-mappa.
